L-elezzjonijiet fiż-Zimbabwe kienu onesti u kredibli

L-elezzjonijiet Presidenzjali u Parlamentari fiż-Zimbabwe kienu onesti u kredibli. Dan intqal mill-osservaturi responsabbli wara li kienu rrappurtati xi inċidenti fl-elezzjonijiet li saru nhar l-Erbgħa filwaqt li ntqal ukoll li l-inċidenti rrappurtati ma setgħux jibdlu r-riżultat.

Il-partit tal-President Robert Mugabe kien qed jgħid li rebaħ l-elezzjoni, liema rebħa kienet deskritta bħala farsa kbira mill-Prim Ministru Morgan Tsvangirai.

Fil-jum tal-Erbgħa, l-votanti ntalbu sabiex jagħżlu President, 210 persuna biex tfassal il-liġi u kunsillera lokali.

Il-Kummissjoni Elettorali fiż-Zimbabwe għandha ħames t’ijiem biex tiddikjara min rebaħ l-elezzjonijiet illi saru.