L-elezzjonijiet Ewropej se jkunu ddominati mill-immigrazzjoni

Il-problemi tal-immigrazzjoni fl-Ewropa se jkunu l-akbar preokkupazzjoni għaal-votanti fl-elezzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li ġejjin f’Mejju tal-2019. Din se twassal għall-maġġoranza siekta ta’ votanti kontra l-immigrazzjoni, qal il-Prim Ministru Ċek Andrej Babis.

Babis qal li l-problemi fiż-żona Schengen rigward blokk mingħajr fruntieri huma aktar urġenti minn dawk fil-grupp tal-munita taż-żona Ewro.

“Kulħadd qed jitkellem dwar iż-żona Ewro, li hija verament umoristika. Għandna nitkellmu dwar iż-żona Schengen”, qal lil Reuters f’intervista nhar it-Tlieta.