“L-elezzjoni ta’ Myanmar ma kinitx ħielsa iżda ġusta”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni ta’ Myanmar Aung San Suu Kyi sostniet mal-BBC li l-elezzjoni ġenerali ta’ nhar il-Ħadd “ma kinitx ħielsa iżda kienet ġusta.”
Fl-ewwel intervista tagħha minn meta tħabbru l-ewwel riżultati, Suu Kyi ferħet lin-nies ta’ Myanmar.
Taħt it-termini tal-kostituzzjoni, hi ma tistax tintagħżel bħala president, iżda qalet li “se ssib wieħed jew waħda.”
Wara għexieren ta’ snin taħt tmexxija militari, din l-elezzjoni kienet ikkunsidrata bħala l-iktar waħda demokratika f’25 sena.
L-elezzjoni tidher li tat rebħa kbira lill-partit ta’ Aung San Suu Kyi li, hekk kif tħabbru r-riżultati tal-ewwel 12-il siġġu Parlamentari, kollha kemm huma ntrebħu mill-partit ta’ Suu Kyi, in-National League for Democracy.
Kelliem għall-partit ta’ Suu Kyi qal li qed jistennew rebħa ta’ 70%.