Read in English.
Il-Kummissjoni Elettorali qalet li l-elezzjoni każwali għas-siġġu tal-eks MP tal-PL Chris Cardona se ssir il-ġimgħa d-dieħla.
Fi stqarrija, il-KE qalet li se tibda tirċievi nominazzjonijiet ta’ kandidati biex jimtela l-post ta’ Christian Cardona.
“Dawk il-kandidati li kkontestaw it-Tmien Distrett Elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju, 2017, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mill-Erbgħa 6 sas-Sibt 9 ta’ Mejju, u t-Tnejn 11 ta’ Mejju 2020, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, bejn id-9.00 am u nofsinhar,” qalet il-Kummissjoni.
L-għadd tal-voti se jsir l-Erbgħa 13 ta’ Mejju 2020 mid-9am ‘il quddiem.