“L-elezzjoni għall-Kap tal-PN mhix imbagħbsa” – Kummissjoni Elettorali

Il-Kummissjoni Elettorali għall-Elezzjoni ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista ċaħdet li l-elezzjoni hija mbagħbsa.
Hija kkummentat wara li l-kandidat għall-Kap tal-PN Frank Portelli kiteb fuq Facebook li l-elezzjoni hija mbagħbsa.
Fi stqarrija l-Kummissjoni Elettorali kkundannat din id-dikjarazzjoni.