L-Elezzjoni ġenerali fl-Awstrija kkaratterizzata mill-immigrazzjoni

Illum tinsab għaddejja l-elezzjoni ġenerali fl-Awstrija, elezzjoni li kienet ikkaratterizzata prinċiparjament bit-tema tal-immigrazzjoni.
Wieħed mill-favoriti li jiġi elett Sebastian Kurz, ġej mill-partit tal-konservattivi l-ÖVP u għandu biss 31 sena.
Il-partit tal-lemin estrem FPÖ u l-partit Demokratiku u Soċjali qed jikkompetu għat-tieni post. Dawn tal-aħħar kienu mexxew koalizzjoni mal-ÖVP.
Il-midja internazzjonali tqis li l-Partit FPÖ għandu l-aħjar ċans tiegħu f'diversi snin biex din id-darba jerġa’ jidħol fil-Gvern.
Il-partit kien tilef bi żbrixx fit-tellieqa għall-Presidenza f’Diċembru meta Norbert Hofer tilef kontra Alexander Van der Ballen li kien kiseb 53% tal-vot.