L-elezzjoni f’Istanbul se terġa’ ssir f’Ġunju

Supporters of Ekrem Imamoglu, main opposition Republican People's Party (CHP) candidate for mayor of Istanbul, wait for him to visit Anitkabir, the mausoleum of modern Turkey's founder Mustafa Kemal Ataturk, in Ankara, Turkey, April 2, 2019. REUTERS/Umit Bektas

L-awtoritajiet Torok ikkanċellaw ir-riżultat tal-elezzjoni ta’ Istanbul li kienet intilfet mill-eks Prim Ministru Binali Yildirim mill-Partit tal-AKP li minnu ġej il-President Tork Recep Tayyip Erdogan. L-elezzjoni se terġa’ ssir f’Ġunju.

Il-Partit tal-AKP talab diversi drabi biex l-elezzjoni tiġi kkanċellata f’mossa li waslet biex l-Oppożizzjoni akkużat lill-Gvern b’dittatorjat filwaqt li lira reġgħet waqgħet.

READ: Prosekuturi fit-Turkija jinvestigaw irregolaritajiet fl-elezzjonijiet ta’ Istanbul – Anadolu

Il-Bord Għoli tal-Elezzjoni ddeċida li l-elezzjoni għas-Sindku ta’ Istanbul għandha terġa’ ssir fit-23 ta’ Ġunju. Recep Ozel, ir-rappreżentat tal-AKP fuq il-bord, sostna li d-deċiżjoni kienet ibbażata fuq dokumenti tar-riżultat li ma kienux iffirmati fl-elezzjoni li saret fil-31 ta’ Marzu.

READ: Fit-Turkija Erdogan jaqa’ lura fl-elezzjonijiet fil-bliet il-kbar

L-akbar partit fl-Oppożizzjoni, il-Partit Repubblikan, li rebaħ l-elezzjoni bi sbrixx ddeskriva d-deċiżjoni bħala “dittatorjat”.

Ir-rapporteur tal-Parlament Ewropew, Kati Piri, sostniet li d-deċiżjoni hi waħda li ttemm il-kredibilità tat-tranżizzjoni b’mod demokratiku tal-poter permezz tal-elezzjonijiet fit-Turkija.

Xhieda li  tkellmu mal-Aġenzija Reuters sostnew li diversi nies kienu qed jipprotestaw f’diversi distretti ta’ Istanbul.