Aġġornata bl-awdjo: L-elezzjoni ġenerali f’Malta minn lenti Ewropea

L-Elezzjoni Ġenerali f’Malta qed tiġi rrapportata wkoll mill-mezzi tax-xandir internazzjonali.

Is-sit elettroniku tal-aġenzija tal-aħbarijiet BBC jiftaħ l-artiklu dwar Malta billi jgħid li l-polls qed jindikaw li wara aktar minn 15-il sena se jkun hemm bidla fil-Gvern. Malta ssemmiet ukoll fil-bulettin tal-aħbarijiet tal-BBC, kif tistgħu tisimgħu fl-awdjo.

The Daily Telegraph tidderskrivi lil Malta bħala eżempju rari: “The tiny island state is a rare example of a eurozone state with low unemployment, respectable economic growth and solid public finances.”

Is-sit Ansa.it jgħid li l-Partit Laburista jinsab fuq quddiem.

Isma’ l-awdjo ta’ kif il-BBC qed jirraporta l-elezzjoni f’Malta.