L-Electrogas tgħid li mhix korrotta

Read in English.

Il-Ġimgħa filgħaxija l-kumpanija Electrogas ippubblikat stqarrija biex tiddefendi l-pożizzjoni tagħha dwar l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni, iżda naqset milli tispjega l-allegazzjonijiet li huma fl-interess pubbliku u revelazzjonijiet xokkanti li ħarġu fil-Qorti matul l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

L-investigazzjoni indipendenti li saret mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fl-2018 sabet li kien hemm nuqqas ta’ konformità fl-offerta tal-Electrogas biex tirbaħ il-kuntratt. Fi stqarrija l-Electrogas qalet li ma sabet l-ebda evidenza li kien hemm xi ħaġa ħażina matul l-istadju li kienu qegħdin jintressqu l-offerti, matul il-kostruzzjoni tal-impjant jew l-operat tal-Electrogas.

Electrogas qalet li matul l-2019 tliet diretturi ġodda jew maħtura fil-bord u fid-dawl tal-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni u għemil ħażin relatati ma’ dan il-proġett ma nstab li kien hemm l-ebda evidenza ta’ dan.

S’issa m’hemmx profitti

Il-kompanija Electrogas qalet li s’issa l-kumpanija għadha ma rreġistrat l-ebda profitti minħabba li dan huwa proġett għal tul ta’żmien. Fl-istqarrija l-Electrogas qalet li ma sar l-ebda profit mill-bejgh tal-LNG lill-Enemalta. Żiedet li l-kumpanija qed titlob ħlas fis għall-elettriku li tipproduċi l-power station. Il-ħlas mhuwiex marbut mal-ammont ta’ enerġija li l-Enemalta tixtri mingħand l-Electrogas.  

Il-kumpanija 17 Black ma tissemmix

Fl-istqarrija tagħha l-electrogas ma tispjegax għala skont l-awdituri l-eks chief of staff Keith Schembri, l-eks Ministru Konrad Mizzi u Yorgen Fenech bħala s-sid ta’ 17 Black kienu se jħallsu eluf ta’ ewro kuljum lil Schembri u Mizzi. Yorgen Fenech li kien il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp Tumas li huwa shareholder tal-Electrogas. Fenech huwa wkoll shareholder indipendenti tal-Grupp Tumas.