L-ELC mhux se jieħu ħsieb aktar it-tisbiħ ta’ spazji pubbliċi

Read in English.

Il-konsorzju ELC mhux se jkompli jieħu ħsieb it-tisbiħ ta’ spazji pubbliċi li skont l-Awditur Ġeneral sewa lill-pajjiż aktar minn €100 miljun fi 15 –il sena.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Ambjent qal li qiegħed isegwi mill-qrib l-aħħar żviluppi fejn numru ta’ kunsilli lokali qiegħdin jiġu nfurmati mill-ELC illi mhux ser iġeddu l-kuntratti dwar xogħol relatat ma’ landscaping kif ukoll manutenzjoni ta’ ċerti spazji miftuħa oħra f’lokalitajiet diversi.

Il-Ministeru qal li filwaqt li din l-azzjoni qiegħda tpoġġi pressjoni fuq il-kunsilli lokali, l-Gvern se jimxi mar-rakkomandazzjoni tal-Awditur Ġenerali u se joħroġ fis-suq tender pubbliku fix-xhur li ġejjin.

Il-rati mal-ELC “mhux favorevoli għall-Gvern” – L-Awditur Ġenerali

Fl-2017, l-Awditur kkritika l-fatt li ma sarux sejħiet kompetittivi meta l-ELC ngħata l-kuntratt oriġinali u meta l-ftehim ġie estiż. Filwaqt li rrikonoxxa l-ELC kien strumentali fit-tisbiħ tax-xenarju ambjentali tal-Gżejjer Maltin, l-kuntratt missu ġie tterminat minħabba numru ta’ ksur fil-kuntratt waqt li l-ftehim ġie mġedded għal darba darbtejn minkejja li “r-rati fil-kuntratt għat-tisbiħ taż-żoni pubbliċi m’humiex favorevoli għall-Gvern.