L-Ekwipaġġi tar-Royal Malta Yacht Club jirbħu l-Kampjonat Ewropew

Vanja Ramm-Ericson u Maia Delin riċentament irrappreżentaw lir-Royal Malta Yacht Club fil-Kampjonati Ewropej tal-RS Feva li fihom irnexxielhom jikisbu t-titli tal-Bniet u l-Junior wara li kisbu riżultati pożittivi fit-tlielaq mifruxa fuq perjodu ta’  tliet ijiem.

L-RS Feva hija klassi internazzjonali u qed tikseb popolarita fil-kategoriji double handed, speċjalment maż-żgħażagħ. 35 tim minn 9 nazzjonijiet ħadu sehem fil-Kampjonati li saru f’Le Havre fi Franza. Il-kompetizzjonijiet kienu ta’ livell għoli u kienu qed jikkompetu wkoll l-aqwa ħames timijiet li kienu għadhom kemm irritornaw mill-kompetizzjoni tal-Kampjonati Nazzjonali tar-Renju Unit.