‘L-ekwipaġġ ta’ Alan Kurdi mhedded b’armi tan-nar qrib il-Libja’

Sea-Eye

L-ekwipaġġ tal-bastiment Alan Kurdi qed jiġi mhedded b’armi tan-nar mill-Gwardja tal-Kosta Libjana. Dan ħareġ minn numru ta’ tweets li nxterdu fuq Twitter fl-aħħar ħin.

Il-President tal-għaqda Sea-Eye, li hija s-sid tal-bastiment Alan Kurdi, Gordon Isler, qal li hemm numru ta’ dgħajjes Libjani jiċċirkulaw il-bastiment Alan Kurdi u jippruvaw iwaqqfuh milli jsalva grupp ta’ 92 persuna. Dawn kollha jinsabu fil-periklu tal-għarqa bi wħud minnhom diġà waqgħu fl-ilma.

Isler sostna li bħalissa hemm 92 persuna u 17-il membru tal-ekwipaġġ f’periklu kbir.