L-ekwipaġġ fuq titjira minn Londra jirrapporta każ mediku – MIA

L-Ajruport Internazzjonali Malta (MIA) ikkonferma fi stqarrija li kien hemm każ mediku rrappurtat fuq it-titjira KM117, li kienet ġejja lejn Malta minn Londra llum wara nofsinhar. Il-każ ġie rrappurtat mill-membri tal-ekwipaġġ. Mhux ikkonfermat jekk il-persuni hix pożittiva għall-coronavirus.

L-ajruport qal li l-miżuri kollha ta’ prekawzjoni qed jittieħdu mill-awtoritajiet tas-saħħa lokali sabiex is-sigurtà ta’ kull persuna tiġi assigurata.

It-titjira li telqet mill-ajruport ta’ Gatwick f’Londra fi 12pm, waslet Malta fl-4.04pm.

Newsbook.com.mt  talab lill-kelliema għall-MIA sabiex tipprovdi aktar dettalji dwar il-każ. Madanakollu din sostniet li m’hemmx aktar dettalji disponibbli.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn