L-Ekwador jiċħad li se jkeċċi lil Assange biex ikun arrestat

L-ebda deċiżjoni ma ttieħdet biex Julian Assange ikun imkeċċi mill-Ambaxxata tal-Ekwador f’Londra. Dan ġie konfermat mill-istess Ambaxxata wara diversi tweets minn Wikileaks li allegaw li l-fundatur tas-sit tagħha kien se jitkeċċa.

It-tweets ta’ Wikileaks allegaw li l-Ekwador ftiehem mar-Renju Unit biex Assange jitkeċċa mill-Ambaxxata biex ikun jista’ jiġi arrestat. Fi stqarrija l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ekwador qal li permezz ta’ dawn l-għidut Assange u Wikileaks qed juru ingratitudni u disrispett lejn il-Pajjiż li tah refuġju.

Fl-aħħar jiem il-bankina quddiem l-Ambaxxata tal-Ekwador f’Londra kienet iffullata b’ġurnalisti u membri tal-midja minn madwar id-dinja, kif ukoll trakk ta’ protesta b’messaġġi ta’ sapport lejn Assange.