L-eksmaħbub tal-Prinċipessa Diana akkużat li ried ibiegħ ittri privati tagħha

L-eksmaħbub tal-Prinċipessa Diana, James Hewitt, qed ikun akkużat li fl-Istati Uniti prova jbiegħ ittri ta’ mħabba miktuba mill-Prinċipessa Diana u karti bi tħażżiż tal-Prinċep William, bl-iskop li jaqla’ l-flus minnhom. 
Din hi l-aħħar akkuża li l-Mail on Sunday għamel fil-konfront ta’ Hewitt, eksuffiċjal tar-Reġina u li għal 5 snin kellu wkoll relazzjoni ma’ Diana.
Skont il-ġurnal, James Hewitt ċaħad din l-allegazzjoni u qal biss ‘no comment’.  
B’kollox Hewitt ried ibiegħ tmien ittri ta’ Diana u 26 karta bi tpinġijiet li l-Prinċep William kien għamel meta kien għadu żgħir.
Tul iż-żmien li għamel ma' Diana, Hewitt kellu aktar minn 60 ittra ta' mħabba miktuba mill-Prinċipessa.  
Fl-1993, hu kien mar fuq stazzjon televiżiv Amerikan u ddikjara li hu lest ibiegħ l-ittri kollha għas-somma ta' £10 miljuni.