L-eks xufier ta’ Manuel Mallia b’sentenza sospiża

Read in English.

L-eks xufier tal-eks Ministru Manuel Mallia weħel sentenza sospiża ta’ 22 xahar ħabs wara li nstab ħati li spara għal fuq karozza li kienet ħabtet mal-karozza tal-ministru.

Il-Maġistrat Rachel Montebello qalet li Paul Sheehan aġixxa b’mod traskurat dakinhar tal-inċident f’Novembru 2014. Ikkundannat ukoll lill-Pulizija li mexxiet il-karozza tal-vittma qabel ma waslu l-investigaturi fuq il-post. Saħqet li b’hekk setgħet ġiet mittiefsa l-evidenza fix-xena tar-reat.

Sheehan huwa eks uffiċjal tal-Pulizija. Il-każ wassal għar-riżenja tal-Ministru Manuel Mallia (PL).

Oriġinarjament Sheehan kien qed jiġi akkużat b’attentat ta’ omiċidju, akkuża li tneħħiet fuq parir tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

L-avukat ta’ Sheehan qal li l-pulizija kellu dritt jispara fuq xi ħadd li kien qed jaħrab skont il-kostituzzjoni. 

Sheehan ġie ordnat ukoll iħallas €7,543. Weħel 22 xahar ħabs sospiżi għal tliet snin.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Assistant Kummissarju Alexandra Mamo u mill-Ispetturi Jesmond Micallef u Saviour Baldacchino.

Erġa’ isma r-rekordings tal-Pulizija

Lura f’Diċembru tal-2014 ġew leaked għadd ta’ rekordings b’rabta mal-każ.

F’rekording minnhom Sheehan jinstema’ jhedded lil Smith biex ma jiċċaqlaqx għax kien se jkompli jispara fuqu sakemm jaħli l-balal li kellu fl-arma tan-nar.

Stejjer oħra b’rabta mal-każ: