L-eks tabib ta’ Bin Laden se jerġa’ jgħaddi ġuri

Uffiċjali Pakistani biddlu s-sentenza ta’ għomor il-ħabs li kienet ingħatat lil Shakil Afridi, it-tabib tal-eks mexxej tal-Al Qaeda, Osama Bin Laden.

Minflok Afridi se jerġa’ jgħaddi ġuri ieħor, oriġinarjament huwa kien instab ħati li ġabar informazzjoni bil-qerq u għalhekk kien ingħata s-sentenza ta’ 33 sena priġunerija.

Osama Bin Laden inqatel mis-suldati Amerikani f’Mejju tal-2011 f’sitwazzjoni li kienet wasslet għall-kriżi fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Pakistan.