L-eks Prim Ministru tal-Pakistan Sharif ikkundannat 10 snin ħabs

Qorti fil-Pakistan ikkundannat lill-eks Prim Ministru Nawaz Sharif għal 10 snin ħabs wara akkużi ta’ korruzzjoni relatati mix-xiri ta’ erbgħa appartamenti lussużi f’Londra.

Sharif jinsab f’Londra fejn qed jassisti lil martu l-isptar marida bil-kanċer u kien ikkundannat in absentia, sostna li l-verdett huwa motivat politikament.

Fil-leak tal-Panama Papers fl-2015 ġie żvelat li bosta mit-tfal ta’ Sharif kellhom ħoloq ma’ kumpaniji offshore li kienu allegatament jintużaw biex jittrasferixxu fondi u jinxtraw assi barranin inklużi l-appartamenti lussużi f’Avenfield House, f’Park Lane Londra.