L-eks PM Spanjol Adolfo Suarez marid gravi

L-eks Prim Ministru Spanjol Adolfo Suarez jinsab marid gravi fi sptar f’Madrid.
Skont iben l-eks Prim Ministru, Suarez ta’ 81 sena jaf imut minn ħin għall-ieħor.
Adolfo Suarez kien l-ewwel Prim Ministru Spanjol wara l-mewt tal-Ġeneral Francisco Franco.
Hu ddaħħal l-isptar wara li kien qed ibati minn infezzjoni li żviluppat f’kundizzjoni.
Kawża t’hekk l-eks Prim Ministru Spanjol anke kien ilu ma jidher fil-pubbliku għal diversi snin.