Filmat: L-eks president tal-union tal-Pulizija qed jikkonsidra li japplika għall-Kummissarju

Read in English.

L-Ispettur tal-Pulizija Sandro Camilleri qal li qed jikkunsidra li japplika għall-pożizzjoni ta’ Kummissarju tal-Pulizija. Dan qalu waqt li kien intervistat fuq il-programm Xarabank.

L-eks president tal-union tal-Pulizija POU qal li wara li jrċieva appoġġ kbir mill-pubbliku, li urewh li għandhom pjaċir u fiduċja fih qed jikkonsidra li japplika għall-Kummissarju tal-Pulizija.

ESKLUSSIVA: Intervista mal-Ispettur Sandro Camilleri

L-Ispettur Sandro Camilleri jitkellem dwar dak li qed jigri fil-Korp tal-Pulizija u jizvela li qed jikkunsidra serjament li japplika biex isir Kummissarju tal-Pulizija.Ara l-intervista kollha kif dehret f'Xarabank:

Posted by Xarabank on Friday, February 21, 2020

“Din l-ewwel darba li l-ħatra ta’ Kummissarju ta’ Pulizija qed isir bl-applikazzjoni għax il-persuna magħżula dejjem kienet a politically-appointed person,” stqarr Camilleri.

“Ħa nitkellem għalija, ma kontx qed nikkonsidra li napplika imma meta tara dak l-appoġġ kollu, qed nikkonsidra li napplika, mhux qed ngħid li se napplika (żgur). Jien nikkonsidra li l-pulizija huma tal-poplu u jrid nisma’ x’qed jgħidu n-nies,” hu kompla jgħid.

Camilleri kien issemma’ f’waħda mill-kitbiet tal-ġurnalista assasinata Daphne Caruana Galizia. F’Ġunju tal-2017, Caruana Galizia qalet kif il-poplu jista’ jkollu kunfidenza fil-korp tal-pulizija meta l-President tal-union tal-Pulizija Sandro Camilleri deher jiċċelebra waqt il-Mass Meeting ta’ Joseph Muscat f’ Ħal Far.

Attivisti politiċi m’għandhomx ikunu Kummissarju tal-Pulizija – Cassola

Il-kandidat Indipendenti Arnold Cassola fi stqarrija qal li l-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija m’għandux ikun attivist politiku. Huwa rrefera għall-eks Kummissarju Lawrence Cutajar li kien faħħar lil Joseph Muscat fuq Facebook. Cassola qal li ħadd minn dawn l-attivisti m’għandu japplika għall-pożizzjoni ta’ Kummissarju tal-Pulizija