L-eks President tal-Peru jispara lilu nnifsu waqt li kienu qed jippruvaw jarrestawh

Police stand guard outside a hospital where Peru's former President Alan Garcia was taken after he shot himself, in Lima, Peru April 17, 2019. REUTERS/Guadalupe Pardo

L-eks president tal-Peru Alan Garcia spara lilu nnifsu f’rasu wara li pulizija waslu fid-dar tiegħu biex jarrestawh b’rabta ma investigazzjoni mat-tixħim, skont il-ministeru għall-intern.

Garcia, li għandu 69 sena, ġie operat fl-isptar Casimiro Ulloa u kellu tliet attakki tal-qalb skont il-Ministru għas-Saħħa Zulema Tomas f’kummenti li xxandru fuq il-midja.

Tomas qal li kien f’kundizzjoni kritika ħafna. Tabib li tkellem mal-ġurnalisti flimkien ma’ Tomas fl-isptar qal li l-bullet daħlet u ħarġet minn rasu.

Garcia kien wieħed minn disa’ persuni li mħallef ordna li għandom jiġu arrestati l-Erbgħa b’rabta ma’ investigazzjoni ta’ tixħim b’distribuzzjoni minn Odebrecht, kumpanija tal-kostruzzjoni Brażiljana li kienet skattat l-akbar investigazzjoni ta’ tixħim. Fl-2016 kienet ammettiet li kienet rebħet kuntratti kbar permezz tat-tixħim.