L-eks President tal-Afrika t’Isfel jrid li jaqgħhu l-akkużi kontrih

Former South African President Jacob Zuma speaks with counsel at court ahead of his court appearance in Pietermaritzburg, South Africa, November 30, 2018. REUTERS/Rogan Ward

L-eks President tal-Afrika t’Isfel Jacob Zuma jrid li jaqgħu l-akkużi fil-konfront tiegħu dwar korruzzjoni b’rabta ma’ ftehim ta’ $2.2 biljun dwar l-armi, skont l-avukati tiegħu. Zuma kien qed jidher fil-Qorti għar-raba’ darba minn meta reġgħu ġew irreġistrati l-akkużi kontrih.

Zuma, li tkeċċa mill-partit fit-tmexxija fi Frar, qed jiffaċċja 16-il akkuża ta’ frodi u ħasil ta’ flus b’rabta ma’ ftehim biex jixtri apparat militari fi tmiem id-disgħinijiet. Dan huwa każ rari ta’ mexxej Afrikan li qed jinżamm responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu. Zuma jinsisti li m’għamel xejn ħażin.