L-eks-President Katalan jista’ jeħel il-ħabs

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Spanjol reġa’ qal li l-Gvern ta’ Spanja lest jilqa’ n-nomina tal-mexxej imkeċċi tal-Katalunja jekk jiddeċiedi li jikkontesta l-elezzjonijiet f’Diċembru, sakemm dan ma jkunx il-ħabs.
Il-Ministru Alfonso Dastis qal dan meta kien qed jindirizza dimostrazzjoni kbira, li għaliha attendew eluf ta’ Katalani li ma jaqblux mal-indipedenza.
Carles Puigdemont tkeċċa mill-kariga tiegħu ta’ President tal-Katalunja wara li l-Gvern f’Madrid neżża lil dan ir-reġjun mill-awtonomija wara li l-Parlament iddikjara l-indipendenza.
Miegħu tkeċċa wkoll il-Kabinett u l-Parlament ġie xolt sakemm isiru elezzjonijiet bikrika.
L-istituzzjonijiet Katalani issa jinsabu kollha f’idejn il-Gvern Spanjol.
Intant, prosekuturi Spanjoli mistennija jiftħu proċeduri kriminali konta Puigdemont u uffiċjali Katalani oħra talli kissru l-liġi Spanjoli.
Dan hemm ċans li jseħħ illum stess.
Min-naħa tiegħu, Carles Puiddemont qal li hu mhux qed jirrikonoxxi l-ordni ta' Mariano Rajoy li keċċih mill-poter.