​L-eks President Brażiljan Lula jibda’ s-sentenza ta’ 12-il sena ħabs

L-eks President Brażiljan Luiz Inácio Lula da Silva beda sentenza ta’ 12-il sena ħabs minħabba korruzzjoni wara li mar min jeddu għand il-Pulizija.
Skont il-BBC, Lula kien ilu jumejn jistaħba ġewwa bini ta’ unjin tal-ħaddiema fl-industrija tal-azzar. Dan wara li ma marx il-Qorti kif kien mitlub jagħmel.
Lula, li għandu 72 sena, ħareġ mill-bini fil-qrib ta’ Sao Paulo u ddaħħal ġewwa karozza tal-Pulizija.
Numru imdaqqas ta’ sapporters tiegħu kienu imblukkaw it-triq għal karozza milli titlaq.
Lula qed jibqa’ jisħaq li huwa innoċenti, però qal ukoll li se jkun qed isegwi l-ordni tal-mandat għall-arrest tiegħu.
Lula nstab ħati li rċieva appartament li jiswa’ kważi €1 miljun bħala tixħim mill-kumpanija tal-inġenerija OAS.
Lula jinsisti li din il-kundanna kriminali ġiet iddisinjata biex twaqqfu milli jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni presidenzjali.
Waqt il-programm Follow Up fuq RTK 103FM, Fr John Xerri tkellem fuq is-sitwazzjoni tal-Brażil fejn ilu jagħmel xogħol missjunarju hemmhekk għal erbgħin sena. Hu jaf ukoll lil ex-President.