L-eks President Afrikan Nelson Mandela jerġa’ jiddaħħal l-isptar

L-eks President Afrikan Nelson Mandela reġa ddaħħal l-isptar hekk kif qed ibati minn infezzjoni fil-pulmun.

Intqal li l-eks President Afrikan ta’ 94 sena ddaħħal l-isptar ftit qabel nofsillejl. Mandela diġa kien l-isptar f’Diċembru fejn dam għal 18 -il ġurnata sabiex jingħata t-trattament li kellu bżonn għall-infezzjoni fil-pulmun.

Kelliem għal Nelson Mandela sostna li l-eks President kellu xi problemi b’saħħtu f’dawn l-aħħar snin, iżda jinsab konxju u qed jingħata l-aħjar kura possibli.