L-eks plejer ta’ Liverpool b’operazzjoni t’emerġenza f’moħħu

L-eks plejer ta’ Liverpool u Leeds Dominic Matteo daħal l-isptar jagħmel operazjoni b’emerġenza minħabba tumur f’moħħu. Matteo li għandu 45 sena ħareġ mill-kura intensiva u l-aħbar ħasdet lil bosta.

Matteo ġie operat f’Leeds General Infirmary nhar it-Tnejn. Fi stqarrija, Liverpool esprimew id-dispjaċir tagħhom għal din l-aħbar. Il-klabb awguraw fejqan ta’ malajr lil Matteo u wrew sapport lil martu u familtu.

Min-naħa tagħhom, Leeds ukoll wrew is-sapport tagħhom.

Matteo lagħab 127 logħba għal Liverpool bejn l-1992 u l-2000 taħt it-tmexxija ta’ Roy Evans u Gerard Houllier.