L-eksplejer Nicola Berti se jżur l-Inter Club Malta

L-eksplejer internazzjonali Taljan u eksplejer ta’ Inter, Nicola Berti jinsab Malta u se jiltaqa’ mal-membri tal-Inter Club Malta.
L-attività se ssir nhar il-Ħadd li ġej fl-10am fil-klabb li jinsab f’Santa Venera.
Il-karriera ta’ Berti kienet twila madwar 30 sena u kien meqjus midfielder tajjeb ħafna.
Kien meqjus membru importanti tat-tim nazzjonali Taljan fl-aħħar tat-tmeninijiet u fil-bidu tad-disgħinijiet, l-aktar meta t-tim wasal għall-final tat-tazza tad-Dinja tal-1994 u meta kiseb it-tielet post fl-edizzjoni tal-1990 fl-Italja stess.