L-eks Ministru Caruana se tmexxi l-Kumitat Parlamentari għal Għawdex

L-eks Ministru għal Għawdex Justyne Caruana se tkun qed tmexxi il-kumitat parlamentari l-ġdid dwar Għawdex. Mozzjoni mressqa mid-deputat Prim Ministru Chris Fearne ġiet approvata miż-żewġ naħat tal-kamra.

Il-kumitat inħatar b’mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni ix-xahar li għadda, sabiex jitwaqqaf Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta’ Għawdex. 

Il-kumitat  jitwaqqaf b’ħames membri u dan se jkun l-aħħar 10 kumitat imwaqqaf fil-Parlament. Il-membri fuq il-kumitat huma l-parlamentari Għawdxin miż-żewġ naħat tal-kamra b’Caruana, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u l-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo nnominati mill-Gvern, waqt li Chris Said u Kevin Cutajar għall-Oppożizzjoni. Is-sitt membru parlamentari Għawdxi, Frederick Azzopardi nħatar membru sostitut.

Caruana hija wkoll il-President tal-Kumitat għall-konsiderazzjoni tal-liġijiet.