MacKenzie Scott, l-eks mara tal-fundatur ta’ Amazon f’erba’ xhur qassmet iktar minn $4 biljun lill-food banks u għajnuna ta’ emerġenza.
Fi blog hija spjegat li xtaqet tgħin lill-Amerikani li qegħdin ibatu minħabba l-pandemija tal-Covid-19.
Scott hija it-18-il persuna l-aktar sinjura fid-dinja. Matul din is-sena l-ġid tagħha tela’ minn $23.6 biljun għal $60.7 biljun. Ħafna minn dan il-ġid wasal wara d-divorzju minn mal-eks raġel tagħha Jeff Bezos li huwa l-iktar raġel sinjur fid-dinja.
Hija spjegat li din il-pandemija setgħet kienet l-aħħar daqqa ta’ ħarta għal dawk l-Amerikani l ikienu diġà qegħdin ibatu u għalhekk hija għażlet iktar minn 380 għaqda tal-karità biex tagħti d-donazzjonijiet wara li kkunsidrat iktar minn 6,500 organizzazzjoni.
Fil-blogg tagħha hija kitbet li t-telf ekonomiku u d-diffikultajiet fis-saħħa affettwaw l-aktar lin-nisa, persuna li għandhom kulur tal-ġilda skur u persuni li qed ibatu l-faqar filwaqt li dawk l-iktar sinjuri komplew isiru sinjuri.
MacKenzie Scott tat $1.7 biljun lil 116-il entità tal-karità wara d-divorzju minn ma’ Bezos.
Id-donazzzjonijiet ta’ Scott kienu mmirati lejn għaqdiet li jgħinu komunitajiet li jaffaċċjaw nuqqas ta’ ikel ta’ kwalità, persuni li jesperjenzaw inġustizzji razzjali u dawk li m’għandhom aċċess limitat għall-kapital filantropiku.