L-eks Kummissarju jinħatar konsulent tal-Gvern

Aġġornat 04:27 PM
Miguela Xuereb

Read in English.

The Times of Malta qed tirraporta li l-eks Kummissarju tal-Pulzija Lawrence Cutajar ingħata konsulenza dwar is-sigurtà pubblika u loġistika mal-Ministeru għall-Intern.

Kelliem għall-Ministeru għall-Intern qal li ls-Sur Cutajar intagħzel minħabba l-esperjenza tiegħu ta’ 35 sena fl-organizazzjoni tal-avvenimenti nazzjonali u pubbliċi.

Cutajar kien Kummissarju tal-Pulizija għal iktar min tliet snin u rriżenja wara li nħatar Prim Minsitru Robert Abela.

Is-sur Cutajar ingħata salarju ta’ €21,040, benefiċċju għall-allowance ta’ €9,000 u allowance għall-kommunikazzjoni ta’ €800 u l-użu ta’ karozza. Il-kuntratt hu għall-tliet snin.

“Abela qed ikompli mal-ħażin ta’ Muscat” – PN

B’reazzjoni għal din l-aħbar, il-Partit Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru Robert Abela qed ikompli fuq il-ħażin li għamel Joseph Muscat billi appunta lil Lawrence Cutajar konsulent tal-Gvern.

Fl-istqarrija, il-kelliem tal-PN għas-Sigurtà Nazzjonali Beppe Fenech Adami qal li ma jitwemminx li Abela aċċetta lil Cutajar bħala konsulent, peress li bħala Kummissarju ma rnexxilux jinvestiga allegazzjonijiet serji ta’ korruzzjoni u ħasil tal-flus b’rabta man-nies li jaħdmu Kastilja.