L-eks Kardinal Pell jitlef l-appell dwar l-abbuż sesswali fl-Awstralja

Il-Kardinal Pell ħiereġ mill-qorti ta' Victoria l-bieraħ filgħodu AAP Image/James Ross via REUTERS

Read in English.

L-eks teżorier tal-Vatikan il-Kardinal George Pell se jibqa’ fil-ħabs għal mill-inqas tliet snin oħra wara li tilef appell kontra s-sentenza tiegħu talli abbuża żewġ subien ta’ 13-il sena li kienu jkantaw f’kor. Dan skont deċiżjoni tal-Qorti fl-Awstralja.

Pell huwa l-aktar uffiċċjal ogħli fil-Knisja Kattolika li qatt ġie kkundannat għal reati b’rabta ma’ abbuż sesswali fuq tfal. Hu kien ingħata sentenza ta’ sitt snin ħabs f’Marzu wara li nstab ħati fuq ħames akkużi ta’ abbuż fuq żewġ subien fil-katidral ta’ San Patrizju waqt li kien l-Arċisqof ta’ Melbourne fit-tmiem tad-disgħinijiet.

Il-Prim Imħallef tal-Qorti Anne Fergusn qalet li tnejn mit-tliet imħallfin li kienu qed jisimgħu l-appell ta’ Pell iddeċidew li l-appell m’għandux jitlaqa’.

Waqt il-ġuri ta’ Pell, wieħed mill-vittmi kien qal li wieħed miż-żewġ subien kien sfurzat jagħmel att sesswali fuq Pell. Wieħed miż-żewġ subien miet fl-2014.

Kelliema qal Pell qalet li Pell għadu jisħaq li huwa innoċenti.

Il-Vatikan qal li jinnota d-deċiżjoni tal-Qorti u li jinsab kommessi li jfittex lil dawk fi ħdan il-kleru tiegħu li jwettqu l-abbużi.