L-eks kap tal-Protezzjoni Ċivili Peter Cordina: kandidat għal MEP tal-PL

L-eks kap tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Peter Cordina kkonferma li se jikkontesta l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew bħala kandidat tal-Partit Laburista.

Mistoqsi minn Newsbook, Peter Cordina kkonferma l-kandidatura tiegħu iżda naqas milli jikkummenta hekk kif żied jgħid li qed jistenna konferma mill-Partit Laburista. Cordina sostna li l-kandidatura tiegħu mistennija titħabbar uffiċċjalment il-ġimgħa d-dieħla.

Kandidati oħra li mistennija jikkontestaw f’isem il-Partit Laburista huma l-membri parlamentari Joe Sammut u Marlene Farrugia, l-eks mexxej tal-Partit Laburista Alfred Sant u l-eks kunsillier ta’ Tas-Sliema Cyrus Engerer.

Ritratt: Facebook