L-eks kap tal-kampanja ta’ Trump irid jipposponi l-kawża

Alexandria Sheriff's Office/Handout via REUTERS/ File Photo

Imħallef Amerikan se jevalwa it-talba tal-eks ‘Campaign Manager’ ta’ Donald Trump Paul Manafort sabiex il-proċess kriminali li kellu jibda kontrih l-Erbgħa ta’ din il-ġimgħa jiġi pospost b’diversi xhur. Dan il-proċess fih aktar minn 24 akkuża finanzjara; fosthom akkużi ta’ frodi fiskali u bankarja.

Manafort jinstab ukoll fil-mira ta’ Robert Mueller, avukat li qiegħed jinvestiga l-irwol li kellha r-Russja fl-elezzjoni presidenzjali Amerikana tal-2016.

Manafort se jaffaċċja wkoll proċess kriminali ieħor f’Settembru fuq diversi akkużi, fosthom ta’ tbagħbis bix-xiehda li għandha x’taqsam max-xogħol ta’ llobbjar li għamel għall-Gvern Ukren.

Il-maġġoranza tal-akkużi kontra Manafort imorru lura għal qabel ma’ Manafort kien jaħdem bħala kap tal-kampanja elettorali ta’ Donald Trump, u l-ebda mill-akkużi kontrih ma huma relatati mal-interferenza li seta’ kien hemm mir-Russja fl-elezzjoni presidenzjali Amerikana.