L-eks-Kap Eżekuttiv tal-MIA meħlus minn kull akkuża

F’deċiżjoni tal-qorti fi Vjenna, il-prosekuzzjoni ma laqgħetx it-talba tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Vjenna biex tieħu azzjoni kriminali kontra Markus Klaushofer, li huwa l-eks-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Klaushofer kien akkużat li ħa vantaġġ inġust bix-xiri ta’ arloġġ minn ħanut fl-ajruport. Il-prosekuzzjoni qalet li ma kien hemm xejn ħażin min-naħa ta’ Klaushofer.
It-talba għall-appell mill-ajruport ta’ Vjenna biex il-qorti fi Vjenna terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha ġiet rifjutata mal-ewwel wara jumejn.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti fi Vjenna reġgħet qalet li Klaushofer ma għamel xejn ħażin.
Bħalissa ma hemm l-ebda każijiet fil-Qorti kontra Klaushofer u l-unika kawża miftuħa hija dik li Klaushofer fetaħ kontra l-Ajruport Internazzjonali ta’ Maltau l-Ajruport ta’ Vjenna fit-tribunali industrijali kemm f’Malta kif ukoll fi Vjenna.