L-eks coach ta’ Spanja jsellem lil bintu

L-eks coach ta’ Spanja u Barcelona, Luis Enrique sellem lil bintu li mietet fl-età ta’ disa’ snin minħabba kankru fl-għadam. Enrique irringrazzja lill-istaff tal-isptar talli ħadu ħsieb ta’ bintu, Xana, tul il-ħames xhur li għamlet marida.

F’Ġunju li għadda Enrique waqqaf il-karriera tiegħu bħala l-coach tat-Tim Nazzjonali Spanjol biex ikun qrib ta’ bintu. Hu qal li bintu se tkun l-istilla li se tiggwida l-familja tagħhom. Stqarr li se jkun qed jimmissjaha ħafna, iżda se jibqa’ jiftakar fiha kull jum sakemm idum ħaj. Hu qal li jispera li fil-futur jasal li jerġa’ jaraha.