L-eks coach ta’ Mo Farah projbit 4 snin mill-atletika

L-eks coach ta’ Mo Farah, Alberto Salazar ġie projbit mill-atletika għal erba’ snin wara li kiser xi regoli tad-doping.

Salazar li għandu 61 sena kien għen lill-atleta Ingliż Mo Farah jikseb suċċessi kbar. Iżda minn investigazzjonijiet li saru, irriżulta li kien qed jitraffika testosterone pprojbit. B’hekk intbagħat d-dar f’nofs il-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika li qed isiru fil-Qatar.

Awtorita ta’ kontra d-doping Amerikana sabet l-ormoni waqt li kien qed jaħdem fuq in-Nike Oregon Project. Salazar trenja lil Mo propju fl-istess faċilità.