L-atleta magħruf l-aktar għal waħda mill-aktar knockouts mgħaġġla fil-boxing Jimmy “Thunder” Peau miet wara li għamel operazzjoni f’moħħu minħabba tumur.
Peau li kellu 54 sena, miet waqt li kien rieqed f’daru ġewwa New Zealand. Fl-1997 kien temm il-logħba kontra l-Amerikan Crawford Grimsley f’1.5 sekondi biss. Hu kien rebaħ it-titli fl-IBO u d-WBF heavyweight, rebaħ midalja tad-deheb fil-Logħob tal-Commonwealth fl-1986, beda jipprattika l-isport b’mod professjonali tliet snin wara, u sakemm irtira fl-2002 irnexxielu jirbaħ 35 darba.
Wara li rtira, spiċċa jgħix fit-toroq ta’ Las Vegas. Ħuh spjega kif Peau kien irnexxielu jikseb suċċess fil-karriera li għażel u għalhekk dak li għadda minnu f’Las Vegas ma kien se jtappan qatt is-suċċess tiegħu.
Eventwalment, Peau kien mar jgħix lura New Zealand.