L-ekonomija Maltija kibret b’4% bejn April u Ġunju li għadda

Read in English.

Skont ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), il-Prodott Gross Domestiku (GDP) fit-tliet xhur bejn April u Ġunju żdied b’€204 miljun jew 6.6 fil-mija mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.

L-NSO qalet li f’dawn it-tliet xhur taħt osservazzjoni il-GDP qabeż it-€3,275 miljun

L-uffiċċju tal-istatistika żied jinnota li f’termini reali l-ekonomija Maltija kibret b’erbgħa fil-mija.

It-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna baqa’ xprunat miż-żieda fil-konsum kif ukoll mill-andament pożittiv tal-kumpaniji.