L-ekonomija diġitali se toħloq miljun post tax-xogħol sal-2015 – Robert Madelin

Id-Direttur Ġenerali tal-Kummissajoni Ewropea għall-Komunikazzjoni Robert Madelin, iddiskuta mas-Segretarju Parlamentari Edward Zammit Lewis dwar il-politika tal-Gvern fl-istrateġija diġitali.

Madelin sostna li fl-Unjoni Ewropea, l-ekonomija diġitali qed tikber seba’ darbiet aktar mill-kumplament tal-ekonomija.

Qal li bl-implimentazzjoni tal-agenda diġitali tal-Unjoni Ewropea, il-GDP Ewropew se jikber b’5% jew €1,500 għal kull persuna matul it-tmin snin li ġejjin.

Dan se jkun ifisser il-ħolqien ta’ aktar minn miljun post tax-xogħol sal-2015 jew żieda ta’ 3.8 miljun post tax-xogħol fl-ekonomija kollha.

Robert Madelin sostna li l-Kummissjoni Ewropea hija ferm interessata fl-intenzjoni tal-Gvern li jagħmel minn Smart City laboratorju tal-ICT li jservi ta’ pjattaforma għall-opportunitajiet ġodda u l-innovazzjoni. 

 

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo