L-Egrant m’għandux iservi ta’ aljenazzjoni – PD

Il-Partit Demokratiku (PD) qal li l-kwistjoni tal-Egrant m’għandhiex isservi ta’ aljenazzjoni għall-poplu Malti biex jinsa l-problemi ambjentali, tal-wirt kulturali, u kwistjonijiet politiċi oħra.

Fi stqarrija, il-PD qal li l-pubbliku “jrid jirreżisti d-degradazzjoni ambjentali, ekonomika u soċjali tal-pajjiż u ma jaljenax ruħu.”

Il-PD qal li llum se jkun qed jikteb lill-Ministru għall-Kultura u lis-Sovratendenza tal-Wirt Kulturali biex ifakkarhom fid-doveri tagħhom lejn il-wirt kulturali ta’ Malta.

Il-PD fakkar ukoll li nhar il-Ġimgħa tagħlaq il-petizzjoni kontra t-twaqqigħ ta’ Villa Leoni f’San Ġiljan, bini li huwa fl-Inventarju Nazzjonali ta’ Proprjetà Kulturali. Qal ukoll li llum se jsiru żewġ attivitajiet – waħda dwar il-proġett tas-Central Link u oħra li hija protesta dwar il-qerda bla bżonn tas-siġar.