L-Eġittu u l-Emirati wettqu attakki militari fuq il-militanti fil-Libja

Uffiċjali mill-Istati Uniti qalu li kienu l-Eġittu u l-Emirati Għarab Magħquda li wettqu attakk militari fuq il-militanti Libjani li għandhom konnessjoni mal-estremisti Iżlamiċi.
Dawn l-uffiċjali qalu l-Gvern ta’ Obama ma kienx ikkonsultat u għalhekk ma kienx ippreparat għal din is-sitwazzjoni.
Jirriżulta li l-attakki fuq il-militanti madwar l-ajruport ta’ Tripli twettqu minn ajruplani militari tal-Emirati li kienu bbażati fl-Eġittu.
Dan l-attakk ma rnexxilux iwaqqaf l-avvanz tal-militanti minn Miżurata, magħrufa bħala Libya Dawn.