L-Eġittu: L-UE mistennija tieħu azzjoni sal-aħħar tal-ġimgħa

Rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea qed jiddiskutu kif il-grupp ta’ 28 pajjiż se jwieġeb għall-vjolenza fl-Eġittu. Sa tmiem il-ġimgħa, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin mistennija jilħqu qbil dwar l-azzjoni li se jieħdu.

L-Unjoni Ewropea hija s-sors ewlieni ta’ għajnuna, self, kummerċ u turiżmu lejn l-Eġittu. Is-sena li għaddiet l-UE tat total ta’ 5 biljun f’sef u għajnuna lill-Eġittu.

Fi żviluppi oħra, fit-tramuntana tal-Eġittu, militanti Iżlamiċi attakkaw żewġ vannijiet mgħobbija pulizija li ma kinux xogħol. 25 minnhom tqiegħu wiċċhom mal-art u nqatlu b’tiri – attakk li jkompli jżid it-tensjoni fil-pajjiż.

Min-nhar l-Erbgħa, mal-1,000 ruħ inqatlu fi ġlied bejn il-forzi tas-sigurtà u dawk li jappoġġjaw l-ex-President Mohammed Morsi. Huwa tneħħa mill-kariga mill-armata, wara jiem ta’ protesti minn miljuni ta’ Eġizzjani li akkużawh li kien qed jabbuża mill-poter.