L-Eġittu jressaq pjan għall-paċi fil-Libja

Il-President Eġizzjan Abdel Fattah Al-Sisi se jiddeskrivi l-pjan għall-paċi fil-Libja quddiem il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Dan il-pjan qed jipprevedi sensiela ta’ miżuri immirati sabiex isir monitoraġġ mill-pajjiżi ġirien tal-Libja.
Qed jiġi propost waqfien mill-ġlied u d-diżarmament tal-partijiet kollha nvoluti fil-ġlied.
L-Awtoritajiet Libjani ltaqgħu ma’ dawk Eġiżżjan fil-Kajr biex jiddiskutu dan il-pjan għall-paċi.