L-Eġittu jikkritika l-investigazzjoni dwar il-kraxx tal-ajruplan

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Eġittu Sameh Shoukry akkuża diversi pajjiżi li ma qasmux informazzjoni dwar il-kraxx tal-ajruplan Russu ta’ ġimgħa ilu.
Kemm l-Istati Uniti kif ukoll l-Ingilterra qalu li informazzjoni miġbura mis-servizzi tas-sigurtà turi li hemm possibiltà kbira li l-krexx kienet ikkawżata minn bomba.
L-Ingilterra anke waqqfet b’mod temporanju t-tijiriet tagħha lil u minn Sharm el-Sheikh u qed tirripatrija t-turisti.
L-Airbus 321 ikkrexxja fil-penisula tas-Sinaj ftit wara li telaq mill-post. Il-224 passiġġier li kienu abbord mietu kollha.