L-edukazzjoni qed tiżviluppa lit-tfal tagħna jew qed iddaħħalhom fi sqaq?

Edukazzjoni Malta

Read in English.

L-edukazzjoni hija fundamentali biex pajjiż ikun san u demokratiku. Imma l-iskejjel tagħna u s-sistema edukattiva tagħna qed tagħmel lit-tfal tagħna ċittadini aktar awtonomi, aktar indipendenti u aktar kreattivi?  

Prof. Andrew Azzopardi jiddiskuti dan mal-mistiedna tiegħu Dr Michelle Attard Tonna, Deputat Dekan fil-Fakultà tal-Edukazzjoni, Mario Mallia, Kap ta’ Skola, Dr Glorianne Borg Axisa, President tal-MAPSSS ((Maltese Association of Parents of State School Students), Paul Debono, Prinċipal tal-Kulleġġ San Benedittu, Marco Bonnici, President tal-MUT (Malta Union of Teachers) u l-Psikologa Roberta Farrugia Debono. 

Fit-tieni parti tal-programm nitkellmu dwar il-fatt li l-edukazzjoni m’għandhiex biss tkun esperjenza fl-iskola imma għandha tibda mill-iskola u tislet mill-esperjenzi li jeżistu madwarna. Imma jista’ jkun li d-dinja tal-iskola hija differenti mid-dinja ta’ barra? Jista’ jkun li bejn l-iskola u l-komunità mhemmx konnessjoni tajba biżżejjed? Jiddiskutu dan il-Ministru Owen Bonniċi u l-Kelliem għall-Oppożizzjoni Clyde Puli. 

Andrew Azzopardi on 103 jixxandar kull nhar ta’ Sibt fuq 103 Malta’s Heart fl-10am u aktar tard fuq Newsbook.com.mt