L-edukazzjoni mezz importanti kontra l-vjolenza u l-mibgħeda – il-PN

Bħala Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni, l-Ewroparlamentari Maltija Therese Comodini Cachia fakkret il-jum tal-bieraħ, li kien il-Jum Internazzjonali għall-Istudenti, u saħqet li l-edukazzjoni tista’ tkun mezz importanti kontra l-vjolenza, il-mibgħeda u r-radikalizzazzjoni.
Sostniet li soċjetà b’saħħitha tiddependi fuq valuri fosthom ir-rispett lejn id-diversità.
Comodini Cachia rringrazzjat lill-organizzazzjonijiet u kunsilli tal-istudenti f’Malta u f’Għawdex, għal ħidmiethom fl-interess tal-istudenti. Irrikonoxxiet ukoll sehem u d-dedikazzjoni tal-edukaturi fil-ħajja tal-istudenti.