“L-edukaturi mhumiex jingħataw ir-rispett li jistħoqqilhom” – CSA

L-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja appellat lill-pubbliku biex juri iktar rispett lejn l-edukaturi, minflok jgħaddi kummenti ta’ tmaqdir dwar ix-xogħol li jagħmlu u l-kumpens li għandhom jieħdu talli jagħmluh.
Fi stqarrija, l-assoċjazzjoni qalet li se tkompli taħdem id f’id mal-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT) sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema u l-Learning Support Assistants, fosthom li l-paga tagħhom tiżdied.
L-assoċjazzjoni fakkret ukoll li filwaqt li jkunu għaddejjin in-negozjati, l-istudenti m’għandhomx jintesew, għax skontha l-interessi tagħhom għanhom jiġu mħarsa wkoll. 
Sadanittant, Newsbook.com.mt ra ċirkolari li l-MUT bagħtet lill-edukaturi kollha, b’lista ta’ direttivi dwar x’ma għandhomx jagħmlu dakinhar tal-istrajk fit-8 ta’ Novembru.