L-Editor-in-Chief ta’ Newsbook l-ewwel President mara tal-IĠM

Read in English.

L-Editor-in-Chief ta’ Newsbook.com.mt Sylvana Debono hija l-ewwel President mara tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM).

Debono hija ġurnalista veterana u hija l-Kap Editorjali ta’ Beacon Media Group li jinkludi l-portal online Newsbook.com.mt bil-Malti u bl-Ingliż kif ukoll l-istazzjon tar-radju 103.

Matul laqgħa virtwali ġew assenjati l-irwoli għall-membri tal-Kunsill li jiffukaw fuq aspetti u setturi differenti fil-qasam tal-midja.

Fl-ewwel kummenti tagħha wara din il-ħatra Sylvana Debono rringrazzjat lill-President preċedenti Yannick Pace għall-ħidma tiegħu. Żiedet li, ”dan huwa tim tajjeb ħafna, u lkoll kemm aħna nġibu ħiliet differenti madwar il-mejda. Għandna nkunu nistgħu nservu l-professjoni tagħna u ngħollu l-istandards f’livell ogħla.

Debono se tkun qiegħda taħdem flimkien mal-kunsill eżekuttiv li jirrifletti l-prijoritajiet dejjem jiżdiedu tal-IĠM. Kull membru ngħata funzjoni speċifika li għandha tkompli ssaħħaħ il-ħidma tal-Kunsill li jiġbor fih membri minn sitt kmamar tal-aħbarijiet differenti.

Il-karigi tal-membri tal-Kunsill huma kif ġej:

President: Sylvana Debono (Direttur tal-Politika, Etika, Koordinatur tal-Konferenza Annwali tal-Ġurnaliżmu u Membru tal-Malta Awards Journalism Commission)

Viċi President: Claire Caruana (Assistenza lill-President, SLAPP, Outreach, Kampanji tal-IĠM)

Segretarju Ġenerali – Nigel Mifsud (Amministrazzjoni, Direttur tas-Segretarjat, Relazzjonijiet Internazzjonali (inklużi l-IFJ u lEFJ), Koordinatur dwar it-trasformazzjoni tal-Istitut fi Trade Union u Membru tal-Malta Awards Journalism Commission)

Segretarju għas-Sħubija u l-Attivitajiet: Christine Amaira (Amministratur tas-Sħubija, Politika Soċjali u Attivitajiet)

Segretarju Informazzjoni: Julian Bonnici (Relazzjonijiet Pubbliċi, Website u Koordinatur tal-Media Soċjali)

Teżorier: Mario Schiavone (Rapporti Finanzjarji, Kontijiet Bankarji, Arkivji IGM)

Assistent Segretarju: Neil Camilleri (Assistenza lis-Segretarju Ġenerali, Riformi)

Segretarju tal-Edukazzjoni: Charles Camenzuli Rappreżentant tal-Freelance, Fotografi u Cameramen – Dominic Aquilina

Rappreżentant tal-Ġurnalisti Sportivi: Sandro Micallef