L-Ebola tkompli tinfirex

REUTERS/Kenny Katombe/File Photo

Ġiet żvelata li erba’ persuni għandhom l-Ebola fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, ftit jiem biss wara li tifqigħa li qatlet daqs 33 persuna kienet għadha kemm ġiet dikjarata li spiċċat, qal il-ministeru tas-saħħa tal-Kongo.

Għoxrin persuna diġa’ mietu minn deni qawwi f’Mangina u madwarha.

Il-ministeru qal li m’hemm l-ebda provi li din it-tifqigħa għandha x’taqsam ma ta’ qabel, li bdiet f’April daqs 2,500km ‘il bogħod.

Din hija tfakkira ta’ kemm dan il-virus huwa problema partikolarment għax isib ħabitat fil-foresti tal-Kongo.

Din hija l-10 tifqigħa fil-Kongo f’45 sena.