L-Ebola s’issa qatlet aktar minn 1,000 persuna

L-epidemija tal-Ebola diġà qatlet aktar minn 1,000 persuna. 
Skont l-Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa l-għadd tal-vittmi tela’ għal 1,013 waqt li nies infettati hemm 1,848.  L-aktar pajjiżi milquta jibqgħu l-Ginea, il-Liberja u s-Sjerra Leone.  Fin-Niġerja u Rwanda ma ġie rrappurtat ebda każ ġdid.  Fil-Liberja l-pazjenti se jkunu jistgħu jużaw mediċini li għadhom fi stadju ta’ esperimentazzjoni.